Language: English | Malti
 
 
Direttorat għar-Riċerka, it-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Impjegabbiltà
 
 
 
 
VIŻJONI
 
Il-viżjoni tad-Direttorat għar-Riċerka, it-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Impjegabbiltà hi li jipprovdi tagħlim u sapport personalizzat għall-adulti f’Malta u Għawdex.
 
 
 
GĦAN PRINĊIPALI
 
Id-Direttorat għar-Riċerka, it-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Impjegabbiltà fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jemmen li t-tagħlim għandu jibqa’ tul il-ħajja u jkun aċċessibbli għal kulħadd. Kemm l-individwi kif ukoll il-komunitajiet għandhom jakkwistaw ħiliet li huma relevanti għall-ħtiġijiet, għax-xogħol u għall-ħajja tagħhom. 
 
Permezz ta’ dawn il-korsijiet għall-adulti, id-Direttorat irid jassigura li t-tagħlim ipprovdut ikun ta’ benefiċċju għal setturi differenti: individwi, komunitajiet, min iħaddem u s-soċjeta’ b’mod ġenerali. Bħala l-Koordinatur Nazzjonali tal-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti, id-Direttorat għandu l-għan li jtejjeb il-kwalita’ tat-tagħlim tal-adulti. Id-Direttorat qed jaħdem biex ikollu koordinazzjoni aħjar f’dan is-settur sabiex iżid il-parteċipazzjoni tal-adutli f’kull tip ta’ tagħlim (formali, mhux formali u informali), kemm biex jakkwistaw ħiliet ġodda għax-xogħol tagħhom jew biex ikunu ċittadini iktar attivi kif ukoll għall-iżvilupp u s-sodisfazzjon personali.