Language: English | Malti
 

Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja

 

 Sabiex insostnu ekonomija mibnija fuq l-għerf, it-tagħlim tul il-ħajja hi ċ-ċavetta għas-suċċess. Għalhekk, id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja joffri diversi korsijiet għall-adulti f’oqsma u kompetenzi differenti sabiex ikun hawn tkabbir fl-għerf u immantnu tkabbir inklussiv fl-eknomija. Dan id-Direttorat qed jilgħab parti importanti fl-aġenda tal-pajjiż sabiex ikollna aktar gradwati li jkomplu bir-riċerka tagħhom. Dan qed isir permezz ta’ boroż ta’ studju biex il-Maltin ikomplu jistudjaw wara li jġibu l-baċellerat. B’hekk l-ekonomija tagħna tkompli tikber fuq l-għerf miksub.  

 

B’mod aktar konkret, il-miri ewlenin tad-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja huma:  

  •  It-tfassil ta’ strateġija nazzjonali fit-tagħlim tul il-ħajja;
  • Jinħoloq kordinament f’dan is-settur sabiex isir użu massimu mir-riżorsi u opportunitajiet fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja;
  • Jitwaqqgħu l-ħitan biex l-adulti jipparteċipaw fit-tagħlim tul il-ħajja u b’hekk il-parteċipazzjoni tkompli tiżdied;
  • Jiġi adottat Pjan ta’ Azzjoni fuq it-tagħlim għall-adulti msejjsa fuq il-prinċipji rakkomandati mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea;
  • Jiġu ndirizzati l-iżvantaggi biex adulti f’riskju ta’ esklużjoni ma jaqgħux lura;
  • Tiġi mħeġġa il-kreattività fil-qasam ta’ l-arti viżiva u dik tal-massa;
  • Jiġu pprovduti boroż ta’ studju f’livell ta’ baċellerat, Masters u Dottorat, sabiex issir aktar speċjalizzażżjoni fl-ogħla oqsma tal-edukazzjoni, u b’hekk jiżdiedu l-ħiliet fl-impjiegi ħalli tkompli tikber u tinfirex l-ekonomija ibbażata fuq l-għerf ġewwa pajjiżna.