Language: English | Malti
 

Mistoqsijiet Komuni

 

Kif napplika? 

Tista' tapplika u tħallas bl-internet mill-kumdità ta' darek, jew tiġi l-uffiċċju tagħna fil-Binja tal-Edukazzjoni, il-Furjana fejn tista' tħallas b'ċekk jew b'kard.  Mhux possibbli tħallas bi flus kontanti jew bil-kard tal-istudenti.

Għażla 1 – Applika onlajn u ħallas bil-karta ta’ Debitu/Kreditu.

Għażla 2 – Applika billi żżur il-Kunsilli Lokali kollha f’Malta u Għawdex. Tista’ tħallas bil-karta ta’ Debitu/Kreditu. Flus kontanti, ċekkijiet u kard tal-istudenti m’humiex aċċettati. Ħu miegħek il-karta tal-identità.

Għażla 3 – Applika billi żżur wieħed min dawn l-uffiċini ta’ Servizz.gov imsemmijin hawn taħt. Tista’ tħallas bil-karta ta’ Debitu/Kreditu jew flus kontanti. Ċekkijiet u kard tal-istudenti m’humiex aċċettati. Ħu miegħek il-karta tal-identità:

*Birgu (Vittoriosa): c/o LEAP Centre for the southeastern Region, St Edward Str.
*Qormi: Triq l-Oratorju
*Paola: c/o Paola Local Council, Casa Paola, Ġnien Pawlu Boffa, Triq il-Knisja
*Birkirkara: c/o Birkirkara Social Security District Office, Civic Centre, Floor 1, Triq Tumas Fenech
*Qawra: c/o Qawra Social Security District Office, LEAP Centre, Triq il-Frejgatina

Għażla 4 – Żur l-uffiċċju tagħna fi Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana minn nhar ta’ Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:30 u 12:00. Tista’ tħallas bil-karta ta’ Debitu/Kreditu jew Ċekk indirizzat lis-‘Segretarju Permanenti MEDE’. Flus kontanti u kard tal-istudenti m’humiex aċċettati. Ħu miegħek il-karta tal-identità.
 
 

Nista' napplika mill-Kunsill Lokali?  

Iva.  Ħu miegħek il-karta tal-identità u l-kard ta' kreditu/debitu maħruġa mill-bank tiegħek.

 
X'korsijiet hemm offruti?
 

Tista' tara lista bil-korsijiet kollha offruti minn hawn.  Tista' tfittex ukoll il-kors li trid bil-Kategorija jew biċ-Ċentru.

L-applikazzjoni tiegħi ntlaqgħet?  

Meta tapplika u tħallas għal kors fuq l-iskrin titlagħlek irċevuta u tirċievi oħra bil-posta elettronika.  Din tkunlek konferma li ġejt aċċettat għall-kors.

 

Meta jibda l-kors? 

L-ewwel ġurnata tal-kors hi mniżżla fuq l-irċevuta.

 

X'jiġri jekk ma jintlaħaqx in-numru minimu ta' studenti għall-kors li nixtieq?

Nagħmlu l-almu tagħna biex niftħu l-korsijiet kollha.  Tagħmel tajjeb li tistieden ħbieb u ġirien għall-kors.  B'hekk tgħinna nilħqu n-numri minimi ta' studenti għall-korsijiet tagħna.  


Nixtieq ħafna nattendi għal kors partikolari imma n-numru massimu ta' studenti ntlaħaq. 

Applika xorta waħda, u nżommuk fil-lista ta' stennija.  Jekk jirtira xi ħadd mill-kors navżawk.