Language: English | Malti
 
Termini u Kundizzjonijiet

ID-DIRETTORAT GĦAR-RIĊERKA, TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA U INNOVAZZJONI

Id-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Innovazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jemmen li t-tagħlim m'għandu jieqaf qatt. Kemm l-individwi kif ukoll il-komunitajiet għandhom jakkwistaw ħiliet li huma relevanti għall-ħtiġijiet, ix-xogħol u l-ħajja tagħhom.

Id-Direttorat joffri gwida għat-tagħlim tul il-ħajja u jorganizza korsijiet għat-tagħlim tal-adulti b'mod iktar personalizzat u innovattiv. L-għan ewlieni hu li nassiguraw li t-tagħlim li noffru jkun ta' benefiċċju għal numru ta' setturi: individwi, komunitajiet, min iħaddem u s-soċjetà b'mod ġenerali.  

Bħala l-Koordinatur Nazzjonali tal-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti, id-Direttorat qed itejjeb il-kwalità ta' dan l-istess tagħlim f'Malta. Qegħdin naħdmu wkoll biex ikollna koordinazzjoni aħjar fis-settur u biex inżidu l-parteċipazzjoni tal-adulti f'kull tip ta' edukazzjoni (formali, informali u mhux formali). Nixtiequ li l-parteċipanti mhux biss jakkwistaw ħiliet għall-iżvilupp personali tagħhom, iżda jkunu wkoll ċittadini iktar attivi u jakkwistaw ħiliet ġodda għax-xogħol tagħhom. 

TAGĦRIF ĠENERALI

Id-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Innovazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed joffri varjetà ta' korsijiet bejn Ottubru 2017 u Mejju 2018. 

Fil-ktejjeb tista' ssib tagħrif dwar il-ġranet, il-ħinijiet u ċ-Ċentri tat-tagħlim. Ħafna mill-korsijiet isiru filgħaxija għalkemm xi korsijiet jingħataw ukoll matul il-jum.

It-tagħrif dwar il-korsijiet jinsab ukoll fuq is-sit elettroniku: www.lifelonglearning.gov.mt  

Kopji ta' dan il-ktejjeb jistgħu jinkisbu mill-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali jew mid-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Innovazzjoni, Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana VLT 2000, Malta.

Dan il-ktejjeb jista' jinkiseb ukoll mill-Iskola tal-Artivi Viżiva u Performattiva, Triq il-Ħamrija, ix-Xewkija, Għawdex. 

Jekk jogħġbok aqra dan il-ktejjeb sew qabel timla l-applikazzjoni.

KIF TAPPLIKA u TĦALLAS

Tista’ tapplika permezz ta' wieħed minn dawn iż-żewġ metodi bejn it-12 ta’ Lulju u l-4 ta’ Awwissu 2017.

1. Bl-Internet

Idħol fis-sit: http://www.lifelonglearning.gov.mt

      Klikkja fuq “KORSIJIET”, agħżel is-suġġett partikulari, mur fuq “APPLIKA” u imla d-dettalji meħtieġa.  Wara klikkja fuq “NAĊĊETTA” u “IBGĦAT”. 

     Wara li tagħfas fuq “IBGĦAT” se tintalab tagħmel il-ħlas  (jekk ikun il-każ) permezz ta’ karta ta' kreditu jew debitu. 

Jekk m’għandekx internet id-dar, uħud mill-Kunsilli Lokali joffru dan is-servizz.

Applikazzjonijiet li jsiru bl-internet jingħataw preferenza għax jiġu proċessati mis-sistema dak il-ħin li ssir l-applikazzjoni.

2. Personalment

Id-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Innovazzjoni jilqa’ l-applikazzjonijiet bejn it-12 ta’ Lulju u l-4 ta’ Awwissu 2017 mit-8:30 ta’ filgħodu sa nofsinhar:

·        fil-binja tal-Edukazzjoni fi Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana, Tel. 2598 2290, 2598 2291, jew

·        fl-Iskola tal-Arti Viżiva u Performattiva, Triq il-Ħamrija, ix-Xewkija, Għawdex, Tel: 2783 0774

Il-Kunsilli Lokali u l-uffiċini tas-servizz.gov joffru għajnuna biex timtela l-applikazzjoni (freephone 153).

Jekk tagħżel dan il-metodu ta’ applikazzjoni, tista’ tħallas b’ċekk (indirizzat lis-Segretarju Permanenti, Ministeru tal-Edukazzjoni) jew permezz ta’ karta ta’ kreditu jew debitu (meta tapplika fid-Direttorat f'Malta).

Flus kontanti jiġu aċċettati biss fl-uffiċini tas-servizz.gov u applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-posta ma jkunux jistgħu jiġu proċessati. 

Bejn it-12 ta' Lulju u l-4 ta' Awwissu se noffru wkoll servizz ta' għajnuna għal min għandu bżonn gwida fl-għażla tal-korsijiet u tal-livelli.

DRITTIJIET TAR-REĠISTRAZZJONI

Jekk jogħġbok aqra sew dawn it-Termini u Kundizzjonijiet:

Id-drittijiet tal-ħlas tar-reġistrazzjoni (fejn applikabbli) huma indikati fit-taqsimiet ta’ kull grupp ta’ korsijiet.

Ġeneralment, l-ammont minimu biex tkun tista' tingħaqad klassi hu ta’ 10 applikanti. Madankollu, id-Direttur għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Innovazzjoni jżomm id-dritt li dan in-numru jinbidel f'każ ta' xi klassi ta' suġġett partikolari minħabba l-importanza tal-istess suġġett.

Klassijiet li matul is-sena jispiċċaw bi ftit parteċipanti jistgħu jingħaqdu ma’ klassijiet oħra sabiex dan is-servizz jibqa' sostenibbli.

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu skont l-ordni ta’ kif jidħlu fis-sistema elettronika. Għaldaqstant, min japplika u jħallas onlajn ikollu vantaġġ fuq dawk li jmorru l-uffiċċju ċentrali.

Persuni minn pajjiżi barranin għandu jkollhom id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa. Ma tistax issir talba għal visa jew għal residenza fit-tul minħabba applikazzjoni għal xi kors f’dan il-ktejjeb.

ĦLAS

Il-ħlas għall-applikanti huwa kif ġej. 

Applikanti li huma:

(a) ċittadini ta’ Malta; jew

(b) ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta' impjiegi bis-saħħa tal-leġislazzjoni tal-UE u d-dispożizzjonijiet tat-trattati dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema; jew

(ċ) ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjiegi bis-saħħa tal-leġislazzjoni tal-UE u d-dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar il-moviment ħieles tal-ħaddiema, liema leġislazzjoni u dispożizzjonijiet ikunu japplikaw għal dak il-pajjiż partikolari; jew

(d) kwalunkwe persuni oħra li, minħabba r-relazzjonijiet familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta' impjiegi, skont kif provdut fil-leġislazzjoni tal-UE u d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq; jew

(e) ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta’ residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta skont regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza skont regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza skont ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji.

Iħallsu kif ġej:       

·        Korsijiet Qosra (ta’ 14-il ġimgħa jew inqas): €18.63;

·        Korsijiet ta’ madwar 32 ġimgħa: €34.94;

·        Korsijiet li jwasslu għal-livell Intermedju u/jew Avvanzat jew MQF Livell 4 u korsijiet marbuta mal-Informatika: €46.59;

·        Korsijiet li huma offruti fiċ-Ċentru għat-Tagħlim Tul il-Ħajja fl-Imsida u li jsiru filgħodu: €11.65 (minbarra l-korsijiet marbuta mat-tagħlim tal-kompjuter).

Applikanti li ma jaqgħux taħt waħda mill-kategoriji t’hawn fuq iħallsu miżata li hi d-doppju ta’ kif indikat. Eżempju: għall-Korsijiet Qosra, il-ħlas hu ta’ €37.26.

L-irċevuta tal-ħlas għandha tiġi pprintjata u tinżamm mill-applikanti sabiex tkun tista' tintwera lill-edukaturi fl-ewwel jum tal-attendenza ta’ kull kors. Dawk mingħajr l-irċevuta ma jitħallewx jibdew il-kors.

Ma jistax isir tibdil fir-reġistrazzjoni tal-korsijiet wara li jsir il-ħlas, ħlief fil-każ li l-kors ma jkunx se jsir.

EŻENZJONI MINN ĦLAS

Huma eżentati mill-ħlas: 

·        L-adulti li jikkwalifikaw taħt (a), (b), (ċ), (d) u (e) taħt it-taqsima “Ħlas” u li japplikaw għall-korsijiet fil-Livell Introduttorju fil-litteriżmu (Malti u Ingliż) u n-numeriżmu (Somom).       

·        Dawk li għandhom il-Kartanzjan u se japplikaw għall-ewwel kors.  Jekk japplikaw għal aktar minn kors wieħed iridu jħallsu għal kull kors ieħor li japplikaw għalih matul is-sena 2017-2018.

·        Persuni li minħabba raġunijiet soċjali jiddikjaraw li mhumiex f'pożizzjoni li jħallsu l-miżata. Dawn għandhom japplikaw personalment u mhux bl-internet peress li jkunu jridu jimlew u jiffirmaw formola apposta li tkun verifikata u approvata mid-Direttur wara konsultazzjoni mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

·       Persuna li taħseb li hi intitolata għal eżenzjoni mill-ħlas teħtieġ permess minn Bord apposta fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. L-eżenzjoni għandha tinġieb qabel jibda l-kors, inkella l-ħlas kollu jsir xorta waħda. Jekk l-eżenzjoni tasal wara li jsir il-ħlas, il-persuna tkun intitolata għal rifużjoni tal-ħlas. Il-persuna għandha tapplika għall-eżenzjoni hi stess.

ĦLAS LURA

Għall-ebda raġuni ma jingħata lura l-ħlas tar-reġistrazzjoni ħlief jekk isir xi tibdil min-naħa tad-Direttorat. Kors jista’ ma jsirx jew jitwaqqaf skont id-diskrezzjoni tad-Direttur. F’dan il-każ l-applikanti jingħataw il-ħlas lura pro-rata, sakemm l-applikanti ma jkunux huma stess il-kawża tal-waqfien tal-kors.

ETÀ MINIMA GĦAR-REĠISTRAZZJONI

L-applikanti jridu jkunu għalqu sittax-il sena, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor f’ċerti Ċentri jew taqsimiet speċifiċi.

KALENDARJU

Ħafna mill-korsijiet jibdew fil-bidu ta’ Ottubru u jintemmu fl-aħħar ta’ Mejju u normalment idumu madwar 32 ġimgħa.  Korsijiet Qosra jdumu sa massimu ta’ 14-il ġimgħa. Dettalji dwar korsijiet speċifiċi huma indikati fl-iskedi f’dan il-ktejjeb. 

Ma jsirux lezzjonijiet li jaħbtu fi btajjel pubbliċi u fi btajjel skolastiċi. Il-btajjel skolastiċi huma kif ġej:

1-3 ta’ Novembru 2017

25-31 ta’ Diċembru 2017

1-6 ta’ Jannar 2018

12-13 ta’ Frar 2018

28 ta' Marzu -  4 April 2018 

L-eżamijiet isiru fl-aħħar ġimgħa ta' Mejju u fl-ewwel ġimagħtejn ta' Ġunju.

F' każ li jkun hemm attività fi skola wara l-ħin normali, il-lezzjonijiet jistgħu ma jsirux. 

Il-korsijiet kollha jistgħu jiġu posposti jew ikkanċellati skont id-diskrezzjoni tad-Direttur. 

LIVELLI, ĊERTIKIFATI U KWALIFIKI

Hu importanti li l-istudenti jagħżlu l-korsijiet u l-livelli addattati għalihom. Huwa rrakkomandat li l-parteċipanti japplikaw għal livell ogħla milli jkunu ġa kisbu fl-istess suġġett jekk tal-inqas ikunu ġabu 75% fl-assessjar finali jew f'test preliminari. 

Kull ċerifikat ta' attendenza jinħareġ mid-Direttorat jekk kemm-il darba l-parteċipanti jkunu attendew għal tal-inqas 80% tal-kors. F'dawk il-korsijiet li huma akkreditati u/jew għandhom l-assessjar formali, il-parteċipanti wkoll iridu jkunu attendew għal tal-inqas 80% tal-kors biex ikunu eliġibbli li joqogħdu għal dan l-assessjar.  

Id-Direttorat joffri bosta korsijiet, fosthom:

Livell Introduttorju: Dawn huma korsijiet addattati għal min għandu diffikultajiet fil-qari u/jew fil-kitba, fil-matematika u fil-kompjuter. Dawn il-korsijiet isiru primarjament bil-Malti.

Livell MQF 1 jindika li dan hu kors bażiku li jintroduċi s-suġġett. Fil-Livell MQF2 l-istudent ikompli jibni fuq il-kompetenzi f’dak is-suġġett.

Il-proċess ta’ akkreditazzjoni għadu għaddej f’diversi korsijiet. Il-korsjiet mhux neċessarjament jilħqu jiġu kollha validati mill-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla tul din is-sena. Madankollu qed jiġu ppreżentati l-livelli sabiex ikun indikat minn qabel x’livell hu mistenni jintlaħaq f’dawn il-korsijiet.

MATSEC: Dawn il-korsijiet iwasslu għal Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (ĊES), magħruf ukoll bħala O’ level, livell Intermedju u livell Avvanzat. Id-Direttorat joffri korsijiet ta’ reviżjoni għall-MATSEC. Hu mistenni li l-istudenti li japplikaw għal dan it-tip ta’ kors diġà jkollhom it-taħriġ meħtieġ fis-suġġett.

Open Class: Dawn il-korsijiet huma għal dawk l-istudenti li jkunu spiċċaw l-ewwel livell jew li ilhom jitgħallmu s-suġġett għal bosta snin. B’hekk qed noffru opportunità biex dawn l-istudenti jkomplu bit-tagħlim u l-prattika f’diversi oqsma.

Iċ-ċertifikati jintalbu mill-Uffiċċji tad-Direttorat sa żmien sena minn tmiem il-kors.

FAĊILITAJIET

Il-parteċipanti għandhom jieħdu ħsieb il-klassijiet, il-laboratorji u faċilitajiet oħra għad-dispożizzjoni tagħhom fiċ-Ċentri.

Il-parteċipanti huma mfakkra li mhux permess tipjip f’dawn iċ-Ċentri. Iċ-Ċentri għandhom dejjem jinżammu ndaf.

Id-Direttorat mhux responsabbli mill-manutenzjoni ta’ Ċentri/skejjel li ma jaqgħux direttament fi ħdanu.

KIF TWASSAL ILMENT

Ma’ kull Ċentru ta’ Tagħlim għall-Adulti hemm assenjat Koordinatur. Min jinnota xi nuqqas jew jixtieq jagħmel ilment jew jagħti suġġeriment, dan jista’ jsir lill-Koordinatur jew permezz tal-indirizz elettroniku: lifelonglearning@gov.mt

TAJJEB TKUN TAF LI:

·        Il-korsijiet li jwasslu għal-livell tas-ĊES, Intermedju jew Avvanzat huma reviżjoni tas-sillabu u għalhekk l-edukaturi m’għandhomx ikunu mistennija li f’sena jwettqu s-sillabu sħiħ li normalment jieħu s-snin waqt l-iskola obbligatorja jew dik post-sekondarja. 

·        Ladarba r-reġistrazzjoni tkun aċċettata, l-applikanti jeħtieġu jimxu mar-regolamenti li joħroġ id-Direttorat.  

·        Kull imġiba ħażina tista’ twassal biex persuna ma titħalliex tkompli tattendi l-kors mingħajr id-dritt li tingħata lura l-ħlas tar-reġistrazzjoni.

·        Kull persuna li tinqabad li ma ħallsitx għall-kors, titkeċċa minnufih mingħajr id-dritt li tkompli l-kors anki jekk tkun lesta tħallas wara li tinqabad. 

·        Id-Direttorat ma jistax jassumi responsabbiltà jekk xi edukaturi jieqfu milli jkomplu jagħtu s-servizzi tagħhom imma jagħmel minn kollox biex jinstab sostitut kemm-il darba dan ikun possibbli. 

·        L-applikanti jistgħu japplikaw għal kors wieħed biss fl-istess suġġett. 

·        Sakemm mhux indikat, il-parteċipanti huma mfakkra li l-lezzjonijiet jingħataw bil-Malti jew bl-Ingliż.

·        L-għażla tal-edukaturi ssir mid-Direttorat u l-applikanti huma mgħarrfa li japplikaw għas-suġġett u mhux biex ikunu f’xi klassi ta’ xi edukatur.   

·        L-edukaturi jistgħu jitolbu l-kuntatt personali tiegħek, bħal numru tal-mowbajl, sabiex ikunu jistgħu jgħarrfuk mill-ewwel f’każ ta’ posponiment ta’ lezzjoni minħabba xi emerġenza.

·        Waqt li jsir kull sforz biex jingħata tagħrif preċiż dwar kull kors, id-Direttorat mhux responsabbli għal xi żball jew nuqqas ta’ informazzjoni. 

·        Ħafna korsijiet li jwasslu għall-eżami uffiċjali bħal SEC u MATSEC jiġu fi tmiemhom mad-data tal-eżami, tiġi meta tiġi. 

·        Jistgħu jinqalgħu każijiet partikolari mhux imsemmija f’dan il-ktejjeb u d-Direttur iżomm id-dritt li jieħu d-deċiżjoni li jidhirlu tkun xierqa fiċ-ċirkostanzi.

·        Id-Direttorat iżomm id-dritt li jbiddel il-ħinijiet u l-ġranet skont in-numru tal-applikanti.

·        Il-kors Living and Working in Malta - Dawk li għandhom nazzjonalità barranija u jixtiequ jirreġistraw għal dan il-kors, bħala rekwiżit iridu jkunu temmew b'suċċess il-korsijiet Maltese as a Foreign Language MQF1 u MQF2. Dan għaliex iċ-ċertifikat tal-kors huwa validu sa sena u sa dan iż-żmien il-parteċipanti jridu jkunu laħqu tal-inqas it-Tieni Livell tal-MQF fil-lingwa Maltija.

·        Ir-riżorsi u l-għodod meħtieġa fil-proċess tat-tagħlim iridu jiġu pprovduti mill-parteċipanti.

AKTAR INFORMAZZJONI:

Aktar tagħrif jista' jinkiseb:

mid-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Innovazzjoni, - Tel: 2598 2290, 2598 2291, 2598 2292, 2598 2293; jew

mill-Skola tal-Arti Viżiva u Performattiva, Triq il-Ħamrija, ix-Xewkija, Għawdex, Tel: 2783 0774; jew

permezz tal-indirizz elettroniku: lifelonglearning@gov.mt

mill-Kunsilli Lokali u l-uffiċini tas-servizz.gov - Freephone 153;

permezz tal-indirizz elettroniku: lifelonglearning@gov.mt

L-informazzjoni tibqa' tiġi aġġornata kontinwament fuq is-sit elettoniku: www.lifelonglearning.gov.mt