Id-Direttorat

Viżjoni

Il-viżjoni tagħna hija li d-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Impjegabbiltà jipprovdi sistemi ta’ tagħlim personalizzati u ta’ sapport għall-Adulti kollha ġewwa Malta u Għawdex.

Missjoni

Id-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim Tul il-Ħajja u Impjegabbiltà jaħdem bil-viżjoni li t-tagħlim għandu jkun vjaġġ kontinwu tul il-ħajja għal kulħadd. Kemm l-individwi kif ukoll il-komunitajiet għandhom bżonn jiksbu ħiliet li huma relevanti għal ħajjithom, ħtiġijithom u xogħolhom.

Id-Direttorat joffri gwida għat-tagħlim tul il-ħajja u jorganizza korsijiet għat-tagħlim tal-adulti permezz ta’ approċċ personalizzat u innovattiv. L-għan ewlieni hu li nassiguraw li jkun hemm tagħlim ta’ benefiċċju għal għadd numeruż ta’ diversi setturi: individwi, komunitajiet, min iħaddem u s-soċjetà b’mod ġenerali.

L-Assigurazzjoni tal-Kwalità

Bħala l-Koordinatur Nazzjonali tal-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti, id-Direttorat qiegħed kontinwament itejjeb il-kwalità pedagoġika u ta’ tagħlim għall-adulti f’Malta. Qegħdin naħdmu biex ikollna koordinazzjoni aħjar fis-settur sabiex inżidu l-parteċipazzoni ta’ tagħlim għall-adulti f’kull tip ta’ edukazzjoni (formali, mhux formali u informali), kemm għall-kisba ta’ ħiliet professjonali, għal ċittadinanza attiva, kif ukoll għal żvilupp u sodisfazzjon personali. L-applikanti għal dawn il-korsijiet huma mħeġġa jaqraw id-Dokument tal-Politika Interna tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità u dokumenti oħra relatati minn fuq is-sit elettroniku www.lifelonglearning.gov.mt