Guidance

Fl-2020, id-Direttorat għar-Riċerka, Tagħlim tul il-Ħajja u Impjegabiltà (DRLLE) ifforma tim ta’ Gwida . Dan jikkonsisti minn 5 prattikanti tekniċi, it-tim huwa attiv fi 8 ċentri ta’ Tagħlim tul il-ħajja (Lifelong Learning) tad-DRLLE li jipprovdu għajnuna speċjalizata. Is-servizzi ta’ gwida jinkludu komunikazzjoni mal-istudenti, evalwazzjoni, għajnuna, informazzjoni, riferimenti lejn servizzi oħra. It-tim ta’ Gwida huwa attiv ukoll ma’ studenti prospettivi, u jieħu rwol attiv f’diversi attivitajiet ta’ għarfien fil-komunita’.

It-tim huwa dejjem lest biex jgħin l’ dak li jkun biex ifassal idea iktar ċara tal-għażliet edukattivi disponibbli għalih, kif ukoll jagħti sapport kontinwu lil min qed isibha diffiċli biex jibbilanċja l-impenji tiegħu.

Din l-inizjattiva twettqet flimkien mal-Proġett tal-EU Agenda for Adult Learning, u tikkonformi mal-prijoritajiet tal-Istrateġija Nazzjonali għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, u r-Rakkomandazzjoni dwar ‘Upskilling Pathways’.


 


Tagalog
Attachment size: 128 KB
English
Attachment size: 128 KB
Français
Attachment size: 128 KB
Türkçe
Attachment size: 131 KB
Af-Soomaali
Attachment size: 130 KB
Limba Română
Attachment size: 128 KB
ትግርኛ
Attachment size: 134 KB
বাংলা
Attachment size: 129 KB
Malti
Attachment size: 127 KB
नेपाली
Attachment size: 128 KB
اَلْعَرَبِيَّةُ
Attachment size: 129 KB
اُردُو
Attachment size: 128 KB
српски
Attachment size: 128 KB
русский
Attachment size: 131 KB
български
Attachment size: 129 KB