Ħafna mill-korsijiet jibdew fil-bidu t’Ottubru u jispiċċaw lejn l-aħħar ta’ Mejju. Dettalji ulterjuri dwar korsijiet speċifiċi huma indikati fl-iskedi fil-paġna prinċipali.
Ma jsirux lezzjonijiet fil-ġranet tal-btajjel pubbliċi u skolastiċi. Il-btajjel tas-sena skolastika huma:
31 t’Ottubru 2022
1 u 2 ta’ Novembru 2022
8 ta’ Diċembru 2022
13 ta’Diċembru 2022
23 ta’ Diċembru 2022 – 8 ta’ Jannar 2023
10 ta’ Frar 2023
20 u 21 ta’ Frar 2023
31 ta’ Marzu 2023
5 – 15 t’April 2023
1 ta’ Mejju 2023
Minħabba li ċ-Ċentri għat-Tagħlim Tul il-Ħajja jinsabu fl-iskejjel Statali, il-lezzjonijiet jistgħu jiġu posposti f’każ li jkun hemm attività fi skola wara l-ħin tal-iskola, kif ukoll jekk l-iskola tkun magħluqa minħabba xi raġuni partikolari.
Il-Korsijiet jistgħu jiġu posponuti jew ikkanċellati skont id-diskrezzjoni tad-Direttur għar-Riċerka, it-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Impjegabbiltà.