Dwarna

Dwarna

Home / Dwarna

Il-Viżjoni Tagħna

Li nrawmu kultura ta’ tagħlim tul il-ħajja li tgħin lill-individwi jiksbu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għal ċittadinanza attiva, sodisfazzjon personali u impjegabbiltà tul ħajjithom. Il-viżjoni tagħna hija bbażata fuq l-Istrateġija Nazzjonali tat-Tagħlim Tul il-Ħajja 2023–2030 li hija parti mill-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024–2030.  

Missjoni

Li niżviluppaw sistema ta’ tagħlim tul il-ħajja li tkun soda, inklużiva u mmexxija mill-kwalità, permezz tal-provvista ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim varji u flessibbli li jkunu aċċessibbli għal kulħadd, b’mod partikolari għal dawk l-adulti f’riskju ta’ esklużjoni soċjali u għal dawk bi kwalifiki baxxi.

Il-Valuri Tagħna

• Inklussività u Ekwità
• Kwalità
• Aċċessibilità
• Tisħiħ
• Kollaborazzjoni

L-Għanijiet Strateġiċi Tagħna

• It-titjib tal-opportunitajiet edukattivi għal adulti b'ħiliet u kwalifiki baxxi
• Id-diversifikazzjoni tal-metodi u l-oppurtunitajiet għat-tagħlim
• L-iżgurar tal-kwalità fil-provvista tal-korsijiet għat-tagħlim tul il-ħajja

Assigurazzjoni ta’ Kwalità

Bħala Koordinatur Nazzjonali għall-Aġenda Ewropea għat-Tagħlim tal-Adulti, id-Direttorat jimmira li jtejjeb kontinwament il-kwalità tat-tagħlim tal-adulti f’Malta. Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Impjegabbiltà dejjem ifittex li jsaħħaħ il-koordinazzjoni fis-settur, sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni f’kull tip ta’ tagħlim għall-adulti, kemm f’ambjent formali kif ukoll mhux formali, kemm għall-ksib ta’ ħiliet professjonali, kif ukoll għaċ-ċittadinanza attiva jew għall-iżvilupp personali.

Life Long Learning
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.