Gwida Tul il-Ħajja
Home / Korsijiet / Gwida Tul il-Ħajja
Appoġġ strutturat huwa kruċjali għal esperjenza ta’ tagħlim pożittiva, kemm għall-istudenti adulti kif ukoll għall-edukaturi tagħhom. Peress li d-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja jagħraf din il-ħtieġa, waqqaf tim ta’ professjonisti apposta, li kapaċi jiggwidaw lill-istudenti u lill-għalliema matul il-vjaġġ kollu tat-tagħlim. L-appoġġ huwa mifrux: minn pariri lil studenti potenzjali li huma interessati li jirreġistraw għal programm offrut mid-Direttorat, għal rakkomandazzjoni ta’ diversi tipi ta’ korsijiet provduti minn entitajiet differenti, skont l-aspirazzjonijiet u l-għanijiet tal-individwi.
It-tim ta’ gwida professjonali huwa mgħammar biex jassisti lill-istudenti jieħdu deċiżjonijiet infurmati matul il-vjaġġ edukattiv tagħhom. Dan jinkludi l-ħolqien ta’ pjanijiet individwalizzati u l-iżgurar li l-istudenti jiksbu l-miri stabbiliti, permezz ta’ sessjonijiet li jsegwu l-progress tagħhom. Dan jippermetti lill-istudenti jifhmu l-korsijiet li hemm disponibbli, flimkien mal-livelli u l-prerekwiżiti tagħhom. Jippermettilhom ukoll jesploraw skemi relatati mal-programmi ta’ tagħlim, u jifhmu liema opportunitajiet ta’ xogħol jistgħu jippreżentaw ruħhom għalihom.
It-tim ta’ gwida huwa responsabbli wkoll minn attivitajiet li huma ntiżi biex jilħqu lil studenti potenzjali fil-komunità jew fl-ambitu tagħhom. Bħalissa dan it-tim qed jibni sistema ma’ bosta entitajiet oħra,bil-għan li jilħaq kemm jista’ jkun nies. Il-gwidi professjonali jistgħu jintlaħqu permezz tad-Direttorat u l-laqgħat jistgħu jiġu stabbiliti b’mod virtwali jew wiċċ imb’wiċċ f’wieħed miċ-Ċentri tat-Tagħlim tal-Adulti f’Malta jew Għawdex imniżżlin hawn taħt, skont il-preferenza tal-istudenti. Biex tikkuntattja lit-tim ta’ gwida tagħna, Agħfas hawn biex taċċessa l-contact form.
Lista taċ-Ċentri tat-Tagħlim Tul il-Ħajja:
Iċ-Ċentru tal-Blata l-Bajda: Kulleġġ San Ġorġ Preca, Triq Mountbatten.
Iċ-Ċentru tal-Imrieħel: Kulleġġ Santa Tereża, Triq B. Bontadini.
Iċ-Ċentru tal-Mosta: Kulleġġ Maria Regina, Triq il-Biedja (Żokrija).
Iċ-Ċentru tal-Imsida: Qrejten Street, situated at the corner with Junior College.
Iċ-Ċentru t’ Għawdex: Middle School of the Gozo College, Europe Street, Victoria, Gozo.
Hemm studenti li jeħtieġu informazzjoni dwar it-tagħlim tul il-ħajja f’lingwi oħra minbarra l-Malti u l-Ingliż. Għal din ir-raġuni, u bħala parti mill-proġett EU Agenda for Adult Learning in Malta, it-tim ta’ gwida ikkollabora ma’ professjonisti li jaħdmu fil-qrib mal-komunità fi ħdan it Taqsima ta’ Tagħlim għall-Migranti u ħolqot informazzjoni dwar it-tagħlim tul il-ħajja f’diversi lingwi. Din l-informazzjoni dwar id-Direttorat u s-servizzi tiegħu tista’ tiġi aċċessata hawn.
Attachment size: 128 KB
Attachment size: 128 KB
Attachment size: 128 KB
Attachment size: 130 KB
Attachment size: 128 KB
Attachment size: 128 KB
Attachment size: 128 KB
Attachment size: 128 KB
Attachment size: 131 KB
Attachment size: 128 KB
Attachment size: 128 KB
Attachment size: 128 KB
Attachment size: 128 KB
Attachment size: 128 KB
Attachment size: 128 KB