Termini u Kundizzjonijiet

Informazzjoni Dwarna

Home / Termini u Kundizzjonijiet

Is-suġġerimenti u l-ilmenti tiegħek huma ta’ prijorità għalina. Ma’ kull Ċentru ta’ Tagħlim għall-Adulti hemm koordinaturi assenjati. Jekk tinnota xi nuqqas fiċ-Ċentru jew qed tiltaqa’ ma’ xi diffikultajiet fil-kors tiegħek, u tixtieq tagħmel ilment jew tagħti suġġeriment, int ġentilment mitlub/a titkellem mal-Koordinatur/Koordinatriċi jew tibgħat imejl fuq: [email protected]

  • Il-korsijiet li jwasslu għal-livell taċ-ĊES, Intermedju jew Avvanzat huma korsijiet ta’ reviżjoni u għaldaqstant is-sillabu jiġi koprut b’pass pjuttost mgħaġġel.
  • Ladarba r-reġistrazzjoni tiegħek tkun aċċettata, int mistenni timxi mar-regoli u l-proċeduri li joħroġ id-Direttorat minn żmien għal żmien. Id-Direttorat jimxi ma’ politika ta’ tolleranza żero lejn kull forma ta’ diskriminazzjoni u diżrispett. Parteċipanti li jtellfu l-klassi bi kwalunkwe mod minħabba mġiba mhux xierqa jew li jonqsu mir-rispett dovut lejn l-edukaturi u l-istudenti l-oħra mhux se jiġu ttolerati u jitkeċċew mill-kors.
  • Parteċipanti li jattendu għal xi kors mingħajr ma jkunu ħallsu għalih (fejn japplika) jiġu mitluba jirriżenjaw immedjatament.
  • Id-Direttorat ma jistax jassumi responsabbiltà jekk xi edukaturi jieqfu milli jkomplu jagħtu s-servizzi tagħhom, imma jagħmel minn kollox sabiex jinstabu sostituti fl-iqsar żmien possibbli. Jekk dan ma jkunx possibbli, l-istudenti jiġu integrati ma’ klassi oħra tal-istess suġġett u livell.
  • L-applikanti jistgħu japplikaw għal livell wieħed biss fl-istess suġġett.
  • Il-lingwi użati għat-tagħlim fil-klassijiet fi ħdan id-Direttorat huma l-Ingliż u/jew il-Malti sakemm dan ma jkunx il-kas ta’ klassi ta’ lingwa barranija jew klassi tat-taħdit b’ilsien barrani, fejn l-istruzzjoni ssir speċifikament b’dik il-lingwa.
  • L-allokazzjoni tal-edukaturi fid-diversi korsijiet issir mid-Direttorat u l-applikanti huma mgħarrfa li qed japplikaw għal suġġett speċifiku u mhux biex ikunu f’xi klassi ta’ eduka tur partikolari.
  • L-edukaturi jistgħu jitolbu l-kuntatti personali tiegħek, bħal numru tal-mowbajl, sabiex ikunu jistgħu jgħarrfuk fl-iqsar żmien possibbli f’każ ta’ posponiment ta’ lezzjoni minħab ba xi emerġenza. Huwa fid-diskrezzjoni tal-parteċipanti jekk jagħtux din l-informazzjoni jew le.
  • Rigward saħħa u sigurtà, l-edukaturi jistgħu jitolbu informazzjoni medika jew informazzjoni dwar il-persuna li trid tiġi kkuntattjata f’każ ta’ emerġenza. Huwa fid-diskrezzjoni tal-parteċipanti jekk jagħtux din l-informazzjoni jew le.
  • Waqt li jsir kull sforz biex jingħata tagħrif preċiż dwar kull kors, id-Direttorat mhux responsabbli għal xi żball jew nuqqas ta’ informazzjoni.
  • Il-korsijiet li jwasslu għal eżami uffiċjali taċ-ĊES u l-MATSEC jispiċċaw mad-datatal-eżami, tkun meta tkun.
  • Jistgħu jinqalgħu każijiet partikolari mhux imsemmija f’dan il-prospett fejn id-Direttorat iżomm id-dritt li jieħu d-deċiżjoni li jidhirlu tkun l-aktar xierqa f’ċirkostanzi simili.
  • Id-Direttorat iżomm id-dritt li jbiddel il-ħinijiet u l-ġranet tal-korsijiet skont in-numru ta’ applikanti u l-edukaturi disponibbli.
  • In-noti tal-kors, il-materjal, l-għodda u kull forma ta’ riżorsi oħra li jiġu użat fil-proċess tat-tagħlim iridu jiġu pprovduti mill-parteċipanti minn sorsi esterni. In-noti tal-kors se jintbagħtu lill-istudenti permezz ta’ imejl.
  • Il-ġbir ta’ flus mill-edukaturi sabiex jiġu koperti l-ispejjeż għar-riżorsi meħtieġa
Life Long Learning
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.