Ċertifikati

Tagħlim Onlajn

Home / Korsijiet / Ċertifikati

Jekk jogħġbok segwi l-passi li ġejjin biex taċċessa ic-cert diġitali li hu l-Blockcert:

N.B. Ċertifikati jingħataw lil min ilesti b’suċċess korsijiet li huma akkreditati mill-MFHEA. Dawn ikunu ppreżentati bl-akkronimu MQF. L-istudenti li jiksbu l-marka minima biex jgħaddu mill-kors u li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-attendenza jingħataw ċertifikat. Għal ħafna mill-korsijiet dan ifisser li trid tintlaħaq il-marka globali ta’ 45% jew ogħla u l-attendenza ta’ 80% jew aktar.

  1. Se tirċievi email mingħand [email protected] fuq l-indirizz personali tiegħek bit-titlu “Your Digital Credential is Ready”.
  2. F’din l-email se ssib kaxxa ħadra bl-isem “Import My Credential”. Jekk jogħġbok ikklikkja fuq din il-kaxxa.

3. Imbagħad se tiġi f’paġna fejn jidher il-URL taċ-ċertifikat f’nofsha. Jekk jogħġbok ikklikkja fuq dan il-URL.

4. Meta jinfetaħ iċ-ċertifikat, dan jista’ jitniżżel f’format PDF billi tikklikkja fuq il-frażi ħadra “Download Record in PDF Format” li tinsab fuq in-naħa tax-xellug tal-paġna.

Life Long Learning
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.