Proġetti
Home / Dwarna /Proġetti
It-Taqsima tat-Tagħlim Tul il-Ħajja ilha taħdem fuq l-implimentazzjoni tal- EU Agenda for Adult Learning f’Malta mill-2012. Din l-aġenda hija mfassla biex ittejjeb il-kollaborazzjoni u l-attitudni lejn it-tagħlim għall-adulti. B’hekk tagħti prijorità lill-metodi li huma bbażati fuq l-evidenza biex tinforma deċiżjonijiet ta’ politika, b’attenzjoni speċifika fuq it-titjib tad-disponibbiltà ta’ korsijiet ta’ ħiliet bażiċi għal individwi b’ħiliet u kwalifiċi aktar baxxi.
L-Aġenda tal-UE dwar it-Tagħlim tal-Adulti għandha l-għan li:
1) Ittejjeb il-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni mal-entitajiet ikkonċernati, għat-tfassil ta’ politika koeżiva ta’ tagħlim għall-adulti.
2) Timplimenta r-rakkomandazzjonijiet dwar it-titjieb tal-ħiliet tal-adulti f’Malta.
3) Issaħħaħ l-ħiliet bażiċi tal-ġenituri bit-tfal fl-edukazzjoni obbligatorja, permezz ta’ programm li jħares lejn l-iskejjel bħala spazji ta’ tagħlim fil-komunità, bil-għan li jżid il-parteċipazzjoni tal-ġenituri fit-tagħlim.
Ms Mandy Mifsud, Koordinatur Nazzjonali ghall-Agenda tal-UE ghat-Tagħlim tal-Adulti f’Malta
EPALE, hija inizjattiva tad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport, u l-Kultura tal-Kummissjoni Ewropea. L-inizjattiva tiffoka fuq it-tixrid virtwali ta’ aħbarijiet, blogs, riżorsi, u avvenimenti relatati mat-tagħlim tal-adulti.
L-aspett ta’ komunità huwa ċentrali għall-EPALE, hekk kif l-inizjattiva tippermetti lill-membri jingħaqdu ma’ kollegi fit-tagħlim għall-adulti madwar l-Ewropa permezz ta’ fora, komunitajiet ta’ prattika, u sezzjonijiet ta’ kummenti. L-għodda tal-oqsma jipprovdu artikli u riżorsi dwar suġġetti speċifiċi. Tiftix tal-Imsieħba tagħmilha faċli biex wieħed jiskopri proġetti u jibni konnessjonijiet professjonali onlajn. Barra minn hekk, l-għodda toffri għarfien dwar il-politiki tal-edukazzjoni tal-adulti. DLE hu in-National Support Service (NSS) f’Malta u permezz ta’ dan il-proġett, DLE jorganizza wkoll il-Malta EPALE Awards biex jiċċelebra t-tagħlim tal-adulti f’Malta.
Bħala parti mill-inizjattivi tal-Aġenda tal-UE għat-Tagħlim tal-Adulti f’Malta, id-DLE ħa firxa ta’ inizjattivi tul is-snin, fosthom:
1. L-għan ewlieni tal-Professional Development Series for Basic Skills Teachers (PDS4BST) kien li jsaħħaħ in-netwerks eżistenti fost dawk li jipprovdu edukazzjoni għall-adulti, billi jiġu pprovduti approċċi pedagoġiċi innovattivi speċifiċi fl-edukazzjoni tal-adulti.
2. Check-In Take-Off (CITO), kienet iddisinjata biex tittestja għodda ta’ Kontroll tal-Ħiliet aċċessibbli bbażata fuq l-istudent biex tgħin lill-adulti jevalwaw lilhom infushom fil-ħiliet bażiċi tagħhom.
3. Breaking Barriers: Embracing Literacy through Digital Media kien dwar 8 imsieħba Ewropej speċjalizzati fit-tagħlim tal-adulti, l-edukazzjoni u l-midja diġitali.
4. Profi-Train ikkontribwixxa lejn l-iżvilupp u t-titjib fil-ħiliet professjonali ta’ edukaturi tal-adulti u trainers vokazzjonali. Aktar informazzjoni tista’ ssibha hawn.
5. Back to Learning, kien proġett relatat ma’ prattiki tajba applikati minn sħubija internazzjonali, speċifikament kompetenzi ewlenin ta’ adulti li m’għandhomx ħiliet meħtieġa biex isiru impjegati u għat-tagħlim tul il-ħajja. Kif ukoll, biex jiġu żviluppati aktar il-metodi u l-attivitajiet professjonali billi jiskambjaw esperjenzi u biex jinbnew netwerks ta ‘sħubija u kooperazzjoni lokali aktar effettiva.
6. L-implimentazzjoni tad-Diploma Nazzjonali fit-Tagħlim tal-Adulti (NDTA), imfassla biex ittejjeb il-ħiliet tal-individwi li jaħdmu fis-settur tal-edukazzjoni tal-adulti billi tinkoraġġixxi l-kollaborazzjoni tal-imsieħba kollha kkonċernati.
7. L-introduzzjoni tal-programm Skejjel bħala Spazji ta’ Tagħlim fil-Komunità, bil-għan li tingħata spinta lill-parteċipazzjoni tal-ġenituri fit-tagħlim.
8. It-twaqqif tal-Qafas għall-Korsijiet tal-Ħiliet Bażiċi, li jinvolvi l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ Linji Gwida Nazzjonali dwar il-Ħiliet Bażiċi għall-Adulti. Din l-inizjattiva tinkludi kollaborazzjoni kemm ma’ msieħba barranin kif ukoll nazzjonali biex jinħolqu linji gwida u qafas għall-ħiliet bażiċi.
9. L-eżekuzzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni ta’ Outreach u Gwida, li jimmira li jiżgura strateġiji effettivi biex jintlaħqu studenti prospettivi, u biex jingħataw gwida u motivazzjoni.
10. Il-ħolqien ta’ Korsijiet dwar Ħiliet Essenzjali li jiffokaw fuq il-qari, il-kitba, il-matematika, u l-għarfien diġitali.