DRITTIJIET TAR-REĠISTRAZZJONI

Dwarna

Home / DRITTIJIET TAR-REĠISTRAZZJONI

Jekk jogħġbok aqra sew dawn it-Termini u Kundizzjonijiet:

  • Il-ħlas tar-reġistrazzjoni għal kull kors (fejn applikabbli) huwa indikat fil-‘Ħarsa Ġenerali’.
  • Ġeneralment in-numru minimu biex tkun tista’ tingħaqad klassi hu ta’ 10 applikanti. Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u Impjegabbiltà jirriserva d-dritt li jbiddel in-numru minimu ta’ applikanti skont l-importanza tas-suġġett.
  • F’każ li l-parteċipanti jonqsu matul is-sena, il-klassi tista’ tingħalaq u l-parteċipanti jingħataw l-opportunità li jingħaqdu ma’ klassijiet oħra sabiex dan is-servizz jibqa’ sostenibbli.
  • L-applikanti jiġu rreġistrati skont l-ordni tad-data u l-ħin ta’ kif jiddaħħlu fis-sistema elettronika. Għaldaqstant dawk li japplikaw u jħallsu onlajn ikunu qed jassiguraw li r-reġistrazzjoni tagħhom tiddaħħal immedjatament.
  • Il-barranin li mhumiex reġistrati uffiċjalment bħala residenti ta’ Malta mhumiex eleġibbli biex japplikaw għal kwalunkwe kors. Persuni barranin li japplikaw għal kors għandhom jippreżentaw dokumenti li jikkonfermaw li huma uffiċjalment residenti f’Malta skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea. Il-barranin minn pajjiżi terzi ma jistgħux jitolbu awtorizzazzjoni biex jibqgħu f’Malta fuq il-bażi li applikaw għal, jew qed isegwu, xi kors offrut mid-Direttorat.
Life Long Learning
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.