
Maltese Conversation Level 3
Rekwiżiti tad-Dħul
Studenti li lestew jew qed jattendu għall-kors Malti f’Livell SEC.
Tul
Ottubru – Jannar, 14 il-ġimgħa b’sagħtejn ta’ kuntatt fil-ġimgħa.
Il-miri ta’ taghlim miksuba wara t-tlestija ta’ dan il-kors
Għarfien
• Jifhem kif juża livelli differenti ta’ formalità skont il-kuntest u l-udjenza
• Jagħraf il-karatteristiċi ta’ komunikazzjoni formali, informali u soċjali
• Jifhem kif jippreżenta tagħrif u riċerka b’mod ċar u organizzat
• Jagħraf perspettivi differenti li joħorġu waqt diskussjonijiet u taħditiet
• Jifhem aspetti tal-kultura Maltija fil-kuntest ta’ kulturi Mediterranji u Ewropej oħra
• Jagħraf l-importanza ta’ lessiku varjat, strutturi sintattiċi kumplessi u intonazzjoni xierqa fil-komunikazzjoni effettiva
Ħiliet
• Jagħmel talbiet u mistoqsijiet b’reqqa biex jikseb tagħrif iddettaljat
• Jitkellem fuq okkażjonijiet formali, informali u soċjali
• Jagħmel preżentazzjonijiet orali bbażati fuq riċerka u ideat personali
• Jagħti taħditiet dettaljati u organizzati
• Jiddiskuti temi relatati mal-kultura Maltija u jqabbilhom ma’ kulturi oħra
• Jesprimi u jispjega perspettivi differenti li joħorġu waqt diskussjoni
• Juża kliem preċiż u varjat skont il-kuntest u r-reġistru meħtieġ
• Juża frażijiet xierqa u lessiku adegwat waqt diskussjonijiet u interventi orali
• Juża firxa wiesgħa ta’ lessiku u strutturi sintattiċi biex jikkomunika kunċetti differenti
• Jesprimi fehmiet u sentimenti b’grammatika, sintassi u intonazzjoni xierqa
Kompetenzi
• Jikkomunika b’kunfidenza u b’mod effettiv ma’ udjenzi differenti
• Jadatta l-lingwa, l-istil u l-livell ta’ formalità skont il-kuntest u l-għan tal-komunikazzjoni
• Jipparteċipa b’mod attiv u xieraq f’diskussjonijiet u preżentazzjonijiet
• Jorganizza u jippreżenta ideat, tagħrif u argumenti b’mod ċar u koerenti
• Juża komunikazzjoni verbali effettiva biex jispjega, jiċċara u jiddefendi opinjonijiet u perspettivi differenti
• Juża l-lingwa Maltija b’korrettezza, preċiżjoni u fluwidità f’kuntesti differenti.
Metodu ta’ Twettiq
Lezzjonijiet wiċċ imb wiċċ.
Lingwa ta’ istruzzjoni
Malti
Ezami
Ittra ta’ Attendenza tingħata lill-istudenti li jkunu attendew minn tal-inqas 80% tal-kors.
Progres għall-Edukazzjoni
Wara li jlestu dan il-kors b’suċċess, l-istudenti jistgħu jkomplu jistudjaw il-Malti fil-livell sekondarju MATSEC SEC (MQF 3).