Maltese Conversation Level 2

Rekwiżiti tad-Dħul

Studenti li lestew jew qed jattendu għall-kors Malti Livell MQF 2. 

Tul

14 il-ġimgħa b’sagħtejn ta’ kuntatt fil-ġimgħa.

Il-miri ta’ taghlim miksuba wara t-tlestija ta’ dan il-kors:

Għarfien
• Jifhem u jiddiskuti ġrajjiet kurrenti li jkun qara jew sema’ dwarhom fil-ġurnali jew fl-aħbarijiet
• Jagħraf kif il-livell ta’ formalità jinbidel skont il-kuntest, is-sitwazzjoni u l-udjenza
• Jifhem kif juża kliem, espressjonijiet u strutturi lingwistiċi adattati għal kuntesti differenti
• Jagħraf l-importanza ta’ grammatika, sintassi u intonazzjoni korretta fil-komunikazzjoni effettiva
• Jifhem kif temi u argumenti jistgħu jiġu ppreżentati minn perspettivi differenti


Ħiliet
• Jagħmel talbiet u mistoqsijiet biex jikseb informazzjoni meħtieġa
• Jagħmel preżentazzjonijiet orali fuq suġġetti speċifiċi wara riċerka u preparazzjoni
• Jagħti taħdita ppjanata individwalment
• Jesprimi opinjonijiet, qbil jew nuqqas ta’ qbil waqt diskussjonijiet
• Juża lingwaġġ ċar, preċiż u adattat għall-kuntest
• Juża espressjonijiet u ġesti xierqa biex isaħħaħ il-komunikazzjoni tiegħu
• Jagħti dettall adegwat waqt li jibqa’ ffukat fuq is-suġġett
• Jesprimi ruħu b’intonazzjoni u struttura grammatikali korretta


Kompetenzi
• Jikkomunika b’mod effettiv u kunfidenti ma’ udjenzi differenti
• Jadatta l-mod ta’ komunikazzjoni tiegħu skont il-kuntest u s-sitwazzjoni
• Jipparteċipa b’mod attiv u responsabbli f’diskussjonijiet u preżentazzjonijiet
• Jargumenta u jsostni l-opinjonijiet tiegħu b’mod ċar u konvinċenti
• Juża l-lingwa b’mod fluwenti u naturali f’kuntesti differenti ta’ komunikazzjoni.

Metodu ta’ Twettiq

Lezzjonijiet wiċċ imb wiċċ.

Lingwa ta’ istruzzjoni

Malti

Ezami

 Ittra ta’ Attendenza tingħata lill-istudenti li jkunu attendew minn tal-inqas 80% tal-kors.

Progres għall-Edukazzjoni

Wara li jlestu b’suċċess dan il‑kors, il‑parteċipanti jistgħu jkomplu jistudjaw Konversazzjoni bil‑Malti Livell 3.