Korsijiet 2025/26
TGĦALLEM MAGĦNA!
Noffru punti ta’ dħul matul is-sena biex jaqblu mal-iskeda tiegħek.
- Il-korsijiet ta’ 14-il ġimgħa jibdew f’Ottubru jew fi Frar u jagħtuk żewġ opportunitajiet ewlenin biex tbda l-vjaġġ ta’ tagħlim tiegħek
- Il-korsijiet ta’ 8 ġimgħat isiru aktar ta’ spiss, bi dħul f’Ottubru, Diċembru u Marzu.
- L-applikazzjonijiet għad-dħul ta’ Ottubru jiftħu f’Lulju, filwaqt li dawk għad-dħul ta’ Frar/Marzu jinfetħu f’Jannar.
Dwarna
Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Impjegabbiltà (DLE) huwa parti mid-Dipartiment għall-Kurrikulu, it-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Impjegabbiltà fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR).
Il-viżjoni tagħna hi li nrawmu kultura ta’ tagħlim tul il-ħajja li tagħti s-setgħa lill-individwi biex jiksbu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għal ċittadinanza attiva, sodisfazzjon personali u impjegabbiltà matul ħajjithom kollha.
Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja hu Impenjat biex jiżviluppa sistema ta’ tagħlim tul il-ħajja li tkun b’saħħitha, inklużiva u mmexxija bi kwalità, billi nipprovdu opportunitajiet ta’ tagħlim varjat u flessibbli li jkun aċċessibbli għal kulħadd.
Tingħata attenzjoni speċjali biex jiġu appoġġjati adulti f’riskju ta’ esklużjoni soċjali u dawk bi kwalifiki baxxi, sabiex ikunu jistgħu jsaħħu l-ħiliet tagħhom, jespandu l-opportunitajiet tagħhom, u jtejbu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà.
Korsijiet Offruti
L-Aħħar Aħbarijiet Links Grafiċi
Ċaħda: Tajjeb li tinnota li xi kontenut estern konness f'din is-sezzjoni jaf ma jkunx disponibbli fil-lingwa preferuta tiegħek. Traduzzjoni awtomatika jaf ma tkunx ipprovduta jew inkella ma tkunx kompluta.
Jiena għandi 55 sena, omm ta’ tlieta u nanna ta’ żewġt itfal. Applikajt għall-kors tal-ICDL bħala sfida personali għaliex jiena ma kbirtx fl-era diġitali. Illum il-ħiliet diġitali huma essenzjali u permezz ta’ dan il-kors tgħallimna ħafna fuq programmi utli bħall-Word u l-Excel, u anki kif nevitaw il-kriminalità ċibernetika. Il-kors tal-ICDL tani spinta filkunfidenza tiegħi u diġà għenni f’xogħli. Permezz ta’ hekk, fil-futur se nkun nista’ wkoll ngħin lin-neputijiet tiegħi meta jibdew jitgħallmu dawn is-suġġetti. Inħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu dan il-kors. Ftakru li qed ngħixu f’dinja diġitali u lkoll kemm aħna għandna bżonn nadattaw.
Rosalie Xuereb
Studenta - ICDL Workforce
Bħala rtirat ta’ 65 sena li għadni naħdem xi xogħol parttime, nemmen li l-għarfien miksub mill-kors tal-ICDL huwa essenzjali fid-dinja li qed ngħixu fiha llum. Snin ilu lil uliedi kont għallimthom xi komponenti minn dan is-suġġett, iżda jiena personali kont għadni qatt ma ħadt il-kors. Iddeċidejt li ninkiteb biex nibqa’ aġġornat mal-aħħar żviluppi. Minkejja l-isfidi li aħna l-adulti spiss insibu biex inkunu nistgħu nattendu dawn il-klassijiet, jiena nħeġġeġ oħrajn biex japplikaw għal dan il-kors jew xi kors ieħor. Mhux biss se tkun qed titgħallem ħiliet neċessarji, iżda se tkun qed tikseb ukoll sens ta’ sodisfazzjon personali.
Albert Gruppetta
Studenta - ICDL Workforce
Jiena għandi 42 sena u naħdem bħala Learning Support Educator. Il-kors tal-Interior Design jeħtieġ dedikazzjoni, iżda tani idea ċara ta’ x’jikkonsisti l-irwol veru ta’ disinjatur. Tgħallimt nikkunsidra u nagħti kas il-perspettivi differenti li jeżistu, speċjalment dik tal-klijent li ħafna drabi tkun differenti minn tiegħek. L-esperjenza tat-tagħlim kienet waħda eċċellenti, grazzi għall-appoġġ personalizzat li rċevejt mingħand l-edukatur u l-istudenti. Il-kummenti kostruttivi u l-għajnuna konsistenti tagħhom għenuni naħseb b’mod kritiku matul il-kors kollu
Kevin Scicluna
Student - Interior Design
Jiena naħdem fuq proġetti tal-UE u għandi passjoni kbira għad-djar antiki Maltin. L-aktar ħaġa li laqtitni f’dan il-kors hija li l-assessjar mhux f’forma ta’ eżami allura qed inkun iktar kalma speċjalment wara li qattajt ħajti nagħmel l-eżamijiet. Dan il-kors jippermettili ninqata’ mill-ħajja ta’ kuljum u għal darba niffoka fuqi nnifsi. Għalkemm mhux dejjem faċli li nsib il-ħin biex nattendi, ħadtha bħala sfida kif ukoll bħala investiment fl-iżvilupp personali tiegħi. Fl-istess ħin, l-esperjenza hija waħda rilassanti u pjaċevoli.
Martha Gauci
Student - Interior Design
Jiena għandi 28 sena, ġejja mill-Marokk u naħdem bħala Junior Accountant. Iddeċidejt li nattendi l-lezzjonijiet
tal-Malti biex intejjeb il-ħiliet tiegħi f’din il-lingwa, partikolarment kif naqra, nikteb u nippronunzja l-alfabett Malti. Dan il-kors għenni niżviluppa u nsaħħaħ dawn il-ħiliet tal-lingwa Maltija. L-għalliem kien eċċellenti, dejjem kalm, inkoraġġanti u jaħdem bis-sħiħ biex ikun ċert li aħna nifhmu l-materjal. Dawn il-korsijiet tat-Tagħlim Tul il-Ħajja nirrakkomandahom ħafna għaliex it-tagħlim huwa wieħed mill-akbar investimenti li tista’ tagħmel fik innifsek.
Saadia Mouzoune
Learner - Maltese Introductory
Waqt il-kors Food Matters: Cooking Techniques and Healthy Eating, mhux biss tgħallimna kif nużaw prodotti differenti tal-ikel, imma wkoll kif għandna nixtruhom bil-għaqal. Il-kors ikopri firxa wiesgħa ta’ suġġetti u saħansitra kellna ċ-ċans ukoll li nippreparaw ikla sħiħa ta’ tliet korsijiet! Dħalt f’dan il-kors għaliex ridt li nipprova xi ħaġa ġdida. Il-kċina minn dejjem kienet il-post favorit tiegħi u għalhekk dan il-kors kien ideali. Jekk m’intix ċert dwar l-affarijiet bażiċi, serraħ rasek li hawnhekk se titgħallimhom. Se jkollok ukoll iċ-ċans li tipprova varjetà ta’ riċetti ġodda li żgur se jinżlu għasel ma’ tad-dar. Inħeġġiġkom tapplikaw ħalli tiltaqgħu ma’ nies ġodda u tiksbu ħiliet ġodda!
Valerie Farrugia
Studenta - Food Matters: Cooking Techniques and Healthy Eating
Il-kors kien pożittiv ħafna. L-istruttura onlajn kienet organizzata b’mod tajjeb u konvenjenti. Billi jien Taljana, ridt nitgħallem l-Ingliż biex intejjeb il-prospetti tax-xogħol tiegħi u biex jien u familti nkunu nistgħu nintegraw aħjar hawn Malta. Inħares 'il quddiem għal aktar!




