Regoli tal-Privatezza

Informazzjoni Dwarna

Home / Regoli tal-Privatezza

Aħna impenjati biex nissalvagwardjaw il-privatezza tal-viżitaturi tal-websajt tagħna. Din il-politika tistabbilixxi kif ser nittrattaw l-informazzjoni personali tiegħek.

Aħna nieħdu l-protezzjoni tad-dejta b’serjetà kbira u nistinkaw biex niżguraw li d-dejta personali kollha tkun protetta permezz ta’ proċessi li huma mmirati skont id-disinn biex iżommu d-dejta personali privata u sigura. L-ipproċessar tad-dejta personali, bħall-isem, l-indirizz tad-dar, l-indirizz elettroniku, jew in-numru tat-telefon ta’ suġġett mdaħħal bħala dejta għandu dejjem ikun konformi mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR). Permezz ta’ din id-dikjarazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, qed ninfurmaw lill-viżitaturi ta’ din il-websajt dwar in-natura, l-ambitu u l-iskop tad-dejta personali li niġbru, nużaw u nipproċessaw. Barra minn hekk, is-suġġetti mdaħħla bħala dejta huma infurmati bid-drittijiet li huma intitolati għalihom permezz ta’ din id-dikjarazzjoni tal-politika għall-protezzjoni tad-dejta.

KONTROLLATUR TAD-DEJTA

Bħala kontrollatur tad-dejta, aħna nieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi neċessarji kollha biex niżguraw li d-dejta personali kollha hija pproċessata bl-iktar mod korrett, komplut u preċiż. Il-kontrollatur għall-għanijiet tar- Regolamenti Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (GDPR) u proviżjonijiet oħra relatati mal-protezzjoni tad-dejta hu:

Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja u l-Impjegabilità
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-iSport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Triq l-Assedju l-Kbir, Florjana
Tel: 153
Indirizz elettroniku: [email protected]

ĠBIR TA' INFORMAZZJONI

Jista’ jkun li niġbru, nżommu u nużaw it-tipi ta’ dejta personali li ġejjin:

  1. Jaf niġbru informazzjoni fuq il-kompjuter tiegħek u ż-żjarat tiegħek fuq din il-websajt bħall-indirizz IP tiegħek, il-lokazzjoni ġeografika, it-tip ta’ browser, sors ta’ rerenza, tul taż-żjara u n-numru ta’ żjarat fuq il-pejġ. Jaf nużaw din l-informazzjoni fl-amministrazzjoni ta’ din il-websajt biex intejbu l-użabiltà tal-websajt u għal għanijiet kummerċjali.
  2. Informazzjoni li int tipprovdi lilna biex tirreġistra magħna u/jew tabbona għas-servizzi tal-websajt tagħna u / jew notifikazzjonijiet permezz ta’ email.

UŻU TAL-COOKIES

Din il-websajt tagħmel użu mill-cookies. Il-cookie huwa fajl bit-test li jintbagħat mis-server tal-web għal brawżer tal-web u jinżamm mill-brawżer. Il-fajl bit-test imbagħad jintbgħat lura lis-server kull meta l-brawżer jagħmel talba għal paġna mis-server. Dan jippermetti li s-server tal-web jidentifika u jittraċċa l-brawżer tal-web.

Jista’ jagħti l-każ li nibgħatu cookie biex tinżamm mill-brawżer tiegħek fuq il-hard drive tal-kompjuter tiegħek. Jista’ jkun nużaw l-informazzjoni li nieħdu mill-cookie fl-amministrazzjoni ta’ din il-websajt, biex intejbu l-użabilita’ tal-websajt u għal għanijiet kummerċjali. Jista’ jkun ukoll li nużaw l-informazzjoni biex nirrikonoxxu l-kompjuter tiegħek meta żżur il-websajt tagħna u biex nippersonalizzaw il-websajt tagħna għalik b’ċertu modi.

Ħafna mill-brawżers iħalluk tirrifjuta biex taċċetta l-cookies. (Per eżempju, fl-Internet Explorer tista’ tirrifjuta l-cookies kollha billi tagħfas “Tools”, “Internet Options”, “Privacy” u tagħżel “Block all cookies” billi tuża s-selettur). Dan jaf ikollu impatt negattiv fuq l-użu ta’ ħafna websajts, inkluż din.

UŻU TA' DEJTA PERSONALI

Dejta personali sottomessa fuq din il-websajt ser tiġi użata għall-għanijiet speċifikati f’din il-politika ta’ privatezza jew f’partijiet relevanti oħra f’din il-websajt. Apparti l-użi identifikati x’imkien ieħor f’din il-politika ta’ privatezza, jaf nużaw l-informazzjoni personali tiegħek biex:

  1. Intejbu l-esperjenza tiegħek billi nippersonalizzaw il-websajt;
  2. Nibagħtu informazzjoni lilek li aħna naħsbuli tista’ tkun ta’ interess għalik bil-posta jew b’ittrè jew tekonoloġija simili;
  3. Nibagħtulek il-materjal tal-komunikazzjoni kummerċjali relatat mal-kawża tagħna (jew il-kawża ta’ partijiet interessati magħżula bir-reqqa) li nħossu li jistgħu jkunu ta’ interess għalik bil-posta jew fejn speċifikament qbilt dwar dan, permezz ta’ imejl jew teknoloġija simili (tista’ tinfurmana fix ħin trid jekk ma tridx tirċievi iktar kommunikazzjoni kummerċjali billi tibgħatilna imejl.
  4. Nagħtu informazzjoni statistika fuq l-utenti tagħna lil kumpaniji oħra, imma din l-informazzjoni mhux ser tiġi użata biex tidentifika xi utent individwali.

ABBONAMENTI GĦAN-NEWSLETTER

Viżitaturi lejn il-binjiet u l-websajt tagħna kif ukoll kuntatti li ġejjin mill-posta elettronika jew metodi oħra ta’ komunikazzjoni jafd jagħtu l-opportunità biex jagħżlu li jabbonaw għan-newsletter tagħna. Meta utent jissottoskrivi, tintbagħat e-mail ta’ konferma lill-indirizz tal-posta elettronika biex ikun hemm proċedura ta’ double opt-in biex tikkonferma li s-sid tal-indirizz elettroniku bħala s-suġġett tad-dejta jkun jixtieq jirċievi n-newsletter. Matul il-proċess ta’ reġistrazzjoni, is-sistema tagħna taħżen l-indirizz IP tal-kompjuter tas-suġġett tad-dejta użat fil-ħin tar-reġistrazzjoni, kif ukoll id-data u l-ħin tar-reġistrazzjoni. Il-ġbir ta’ din id-dejta huwa meħtieġ sabiex nifhmu l-użu (possibilment) ħażin tal-indirizz elettroniku tas-suġġett tad-dejta f’data aktar tard, u jsir għall-protezzjoni legali tagħna stess bħala l-kontrollatur tad-dejta.

L-informazzjoni personali tiegħek lil partijiet terzi mhu ser nipprovduha QATT għall-iskop ta' kummerċjalizzazzjoni diretta, sa kemm ma jkollniex il-kunsens tiegħek espress minn qabel.

Id-dejta personali tinżamm għall-perjodu li s-suġġett tad-dejta jitqies bħala l-klijent tagħna jew sa dak iż-żmien li s-suġġett tad-dejta jagħżel li joħroġ mill-lista tal-abbonar. Kull email li nibagħtu lill-abbonati tagħna tinkludi għażliet biex ma toħroġx faċilment jew taġġorna l-profil tal-utent bi kwalunkwe informazzjoni ġdida.

ID-DRITTIJIET TIEGĦEK

Bħala s-suġġett tad-dejta, ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jagħtik id-drittijiet li ġejjin:

  1. Id-dritt li tkun infurmat
  2. Id-dritt ta’ aċċess
  3. Id-dritt għal rettifika
  4. Id-dritt għat-tħassir
  5. Id-dritt li jiġi ristrett l-ipproċessar
  6. Id-dritt għall-portabbiltà tad-dejta
  7. Id-dritt li toġġezzjona
  8. Drittijiet fir-rigward tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u profili awtomatizzati.

ŻVELAR IEĦOR

Minbarra l-iżvelar raġonevoli li hu meħtieġ għall-iskopijiet identifikati x’imkien ieħor f’din il-politika ta’ privatezza, nistgħu niżvelaw informazzjoni dwarek sal-punt li aħna mitluba nagħmlu dan bil-liġi b’rabta ma’ kwalunkwe proċeduri legali jew proċeduri legali prospettivi, ħlief kif ipprovdut f’ din il-politika tal-privatezza, aħna mhux se nipprovdu l-informazzjoni tiegħek lil partijiet terzi.

TRASFERIMENTI INTERNAZZJONALI TA' DEJTA

L-informazzjoni li niġbru tista’ tiġi maħżuna u pproċessata fi u trasferita bejn kwalunkwe pajjiż li noperaw fih sabiex inkunu nistgħu nużaw l-informazzjoni skont din il-politika ta’ privatezza.

SIGURTÀ TAD-DEJTA PERSONALI

Aħna se nieħdu prekawzjonijiet raġonevoli biex nevitaw t-telf, l-użu ħażin jew it-tibdil tal-informazzjoni personali tiegħek. Naturalment, it-trażmissjoni tad-dejta fuq l-internet hija intrinsikament sigura, u ma nistgħux niggarantixxu s-sigurtà tad-dejta mibgħuta fuq l-internet.

EMENDI FIL-POLITIKA

Nistgħu naġġornaw din il-politika ta’ privatezza minn żmien għal żmien billi nippubblikaw verżjoni ġdida fuq il-websajt tagħna. Forsi trid tiċċekkja din il-paġna kultant biex tiżgura li tkun kuntent bi kwalunkwe tibdil.

WEBSAJTS TA' PARTIJIET TERZI

Din il-websajt jista’ jkun fiha ħoloq għal websajts oħra Aħna m’aħniex responsabbli għall-politiki tal-privatezza (jew il-kontenut) ta ‘websajts ta’ partijiet terzi.

Mistoqsijiet fuq ipproċessar ta’ dejta personali jistgħu jiġu indirizzati lilna fuq [email protected]

Dettalji ta' kuntatt:

Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja u l-Impjegabilità
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-iSport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Triq l-Assedju l-Kbir, Florjana
Tel: 153
Indirizz elettroniku: [email protected]

Last updated 16th July 2019