
Maltese Introductory
Rekwiżiti tad-Dħul
Qabel tibda l-kors, isir laqgħa qasira li tinkludi eżerċizzju sempliċi biex jiġi evalwat il-livell ta’ għarfien tiegħek. Dan jgħinna nallokawk għall-kors li jkun l-aktar adattat għall-bżonnijiet u l-livell tiegħek.
Tul
30 Ġimgħa, b’lezzjoni ta’ sagħtejn u nofs fil-ġimgħa.
Il-miri ta’ taghlim miksuba wara t-tlestija ta’ dan il-kors:
Il-miri ta’ taghlim miksuba wara t-tlestija ta’ dan il-kors:
Għarfien
• Jifhem vokabularju relatat mal-ħajja ta’ kuljum, il-familja, ix-xiri, il-passatempi, il-kultura, l-ambjent u temi soċjali
• Jagħraf strutturi grammatikali bażiċi u aktar kumplessi, inkluż it-tempijiet tal-verbi, il-punteġġjatura u sentenzi komposti
• Jifhem tipi differenti ta’ testi bħal messaġġi, avviżi, riklami, djalogi, testi fattwali u letterarji
• Jiżviluppa għarfien tal-iskop, il-messaġġ u l-udjenza fil-komunikazzjoni bil-Malti
Ħiliet
• Jisma’ u jifhem diskorsi, struzzjonijiet, direzzjonijiet, deskrizzjonijiet u diskussjonijiet fuq temi familjari
• Jitkellem billi jesprimi opinjonijiet, jagħti spjegazzjonijiet u juża vokabularju adattat għal kuntesti differenti
• Jinteraġixxi billi jistaqsi u jwieġeb mistoqsijiet, jagħti direzzjonijiet u jipparteċipa f’diskussjonijiet sempliċi
• Jaqra u jifhem testi differenti billi jidentifika punti ewlenin, dettalji u messaġġi
• Jikteb messaġġi, noti, avviżi, riklami, djalogi u testi qosra b’aktar struttura u dettall
• Juża grammatika, vokabularju u strutturi lingwistiċi b’aktar preċiżjoni fil-komunikazzjoni
Kompetenza
• Jikkomunika b’kunfidenza dejjem akbar f’sitwazzjonijiet differenti tal-ħajja ta’ kuljum
• Juża l-ħiliet tas-smigħ, taħdit, qari u kitba b’aktar indipendenza u fluwidità
• Jesprimi u jiġġustifika opinjonijiet fuq temi familjari u ta’ interess ġenerali
• Jadatta l-lingwa għall-kuntest, l-iskop u l-udjenza
Metodu ta’ Twettiq
Lezzjonijiet wiċċ imb wiċċ.
Ċertifikazzjoni/Premju
Ittra ta’ attendenza tingħata lil min jattendi 80% tal-kors.
Progres għall-edukazzjoni
Wara li jlestu dan il-kors b’suċċess, l-istudenti jistgħu jkomplu jistudjaw il-Malti fil-livess.
Lingwa ta’ istruzzjoni
Malti