Maltese MQF 1

Rekwiżiti tad-Dħul

Qabel tibda l-kors, isir laqgħa qasira li tinkludi eżerċizzju sempliċi biex jiġi evalwat il-livell ta’ għarfien tiegħek. Dan jgħinna nallokawk għall-kors li jkun l-aktar adattat għall-bżonnijiet u l-livell tiegħek.

Tul

30 Ġimgħa, b’lezzjoni ta’ sagħtejn u nofs fil-ġimgħa

Il-miri ta’ taghlim miksuba wara t-tlestija ta’ dan il-kors:

Il-miri ta’ taghlim miksuba wara t-tlestija ta’ dan il-kors:

Għarfien
• Jifhem firxa wiesgħa ta’ vokabularju, espressjonijiet u reġistri differenti tal-lingwa Maltija relatati ma’ temi personali, soċjali, kulturali u edukattivi
• Jagħraf strutturi grammatikali, morfoloġiċi u sintattiċi aktar kumplessi, inkluż it-tempijiet tal-verbi, il-pronomi, l-aġġettivi, il-konġunzjonijiet u l-punteġġjatura
• Jifhem tipi differenti ta’ testi narrattivi, deskrittivi, argumentattivi, fattwali u letterarji
• Jiżviluppa għarfien tal-istil, it-ton, il-lingwa figurattiva, il-kuntest u l-udjenza fil-komunikazzjoni bil-Malti

Ħiliet
• Jisma’ u jifhem diskussjonijiet, rapporti, aħbarijiet, istruzzjonijiet u testi letterarji fuq temi differenti
• Jitkellem b’mod mexxej u idjomatiku billi jesprimi opinjonijiet, argumenti u riflessjonijiet personali
• Jinteraġixxi f’diskussjonijiet u preżentazzjonijiet billi juża reġistri u strateġiji differenti skont il-kuntest u l-udjenza
• Jaqra u janalizza testi differenti billi jidentifika ideat ewlenin, messaġġi impliċiti, stili u elementi letterarji
• Jikteb testi narrattivi, deskrittivi, fattwali u argumentattivi b’koerenza, struttura u preċiżjoni
• Juża grammatika, vokabularju, espressjonijiet idiomatiċi u mezzi teknoloġiċi b’mod effettiv fil-komunikazzjoni

Kompetenza
• Jikkomunika b’kunfidenza u indipendenza f’kuntesti differenti soċjali, edukattivi u kulturali
• Juża l-ħiliet tas-smigħ, taħdit, qari u kitba b’aktar fluwidità, preċiżjoni u ħsieb kritiku
• Jesprimi, jiġġustifika u jiddefendi opinjonijiet u argumenti fuq temi differenti
• Jadatta l-lingwa u l-istil għall-iskop, il-kuntest u l-udjenza
• Juża l-Malti b’mod effettiv, kreattiv u kritiku f’sitwazzjonijiet reali ta’ komunikazzjoni 

Metodu ta’ Twettiq

Lezzjonijiet online.

Ċertifikazzjoni/Premju

Ċertifikat akkreditat mill-Malta Further and Higher Education Authority jingħata lill-istudenti li jattendu minimu ta’ 80% tal-kors u jiksbu marka ġenerali ta’ 45% jew aktar fix-xogħol tagħhom.

Progres għall-edukazzjoni

Wara li jlestu dan il-kors b’suċċess, l-istudenti jistgħu jkomplu jistudjaw il-Malti fil-livell MQF 2.

Lingwa ta’ istruzzjoni

Malti.