Maltese MQF 2

Rekwiżiti tad-Dħul

L-istudenti huma mistennija li jkunu temmew b’suċċess il-kors tal-Malti MQF Livell 1 jew ikollhom ċertifikat ekwivalenti. Għal-lezzjonijiet online, l-istudenti jeħtieġ li jkollhom għarfien bażiku ta’ kif jużaw kompjuter.

Applikanti li ma jippreżentawx ċertifat ta’ studju preċedenti fis-suġġett ikunu meħtieġa jagħmlu level check sabiex jiġi determinat il-livell tal-kors l-aktar adattat għalihom.”

Tul

30 Ġimgħa b’lezzjoni ta’ 3 siegħat fil-ġimgħa

Il-miri ta’ taghlim miksuba wara t-tlestija ta’ dan il-kors:

Il-miri ta’ taghlim miksuba wara t-tlestija ta’ dan il-kors:

Għarfien
• Jifhem lessiku wiesa’, tekniku u akkademiku relatat ma’ temi soċjali, kulturali, edukattivi u kurrenti
• Jagħraf strutturi grammatikali, sintattiċi u lessikali kumplessi, inkluż it-tempijiet tal-verbi, il-partiċelli, id-diskors dirett u indirett, u s-sentenzi kumplessi
• Jifhem testi narrattivi, deskrittivi, argumentattivi u espożitorji ta’ livell avvanzat
• Jiżviluppa għarfien tal-istil, it-ton, il-preġudizzju, il-funzjoni u l-udjenza fit-testi miktuba u mitkellma

Ħiliet
• Jisma’ u janalizza diskorsi, rapporti, aħbarijiet u diskussjonijiet b’lessiku kumpless jew tekniku
• Jitkellem b’mod mexxej, kunfidenti u idjomatiku billi jesprimi argumenti, opinjonijiet u perspettivi differenti
• Jinteraġixxi f’diskussjonijiet u preżentazzjonijiet billi jadatta r-reġistru, l-istil u l-lingwa skont il-kuntest u l-udjenza
• Jaqra u jevalwa testi differenti billi jidentifika ideat ewlenin, inferenzi, preġudizzji u tekniki letterarji
• Jikteb testi strutturati, koerenti u dettaljati ta’ natura narrattiva, deskrittiva, argumentattiva u espożitorja
• Juża grammatika, vokabularju, espressjonijiet idjomatiċi u strutturi lingwistiċi b’livell għoli ta’ preċiżjoni u effettività

Kompetenza
• Jikkomunika b’kunfidenza, preċiżjoni u indipendenza f’kuntesti differenti formali u informali
• Juża l-ħiliet tas-smigħ, taħdit, qari u kitba b’livell għoli ta’ fluwidità, ħsieb kritiku u riflessjoni
• Jesprimi, janalizza u jiddefendi opinjonijiet u argumenti fuq temi differenti u attwali
• Jadatta l-lingwa, l-istil u r-reġistru għall-kuntest, l-iskop u l-udjenza
• Juża l-Malti b’mod effettiv, kritiku u kreattiv f’sitwazzjonijiet akkademiċi, soċjali u kulturali.

Metodu ta’ Twettiq

Lezzjonijiet online.

Ċertifikazzjoni/Premju

Ċertifikat akkreditat mill-Malta Further and Higher Education Authority jingħata lill-istudenti li jattendu minimu ta’ 80% tal-kors u jiksbu marka ġenerali ta’ 45% jew aktar fix-xogħol tagħhom

Progres għall-edukazzjoni

Wara li jlestu dan il-kors b’suċċess, l-istudenti jistgħu jkomplu jistudjaw il-Malti fil-livell MATSEC SEC

Lingwa ta’ istruzzjoni

Malti