
Maltese SEC
Rekwiżiti tad-Dħul
“
Il-parteċipanti huma mistennija li jkunu temmew b’suċċess il-kors Malti MQF Livell 2 jew ikollhom ċertifikazzjoni simili. Għal lezzjonijiet online, il-parteċipanti jeħtieġ li jkollhom għarfien fuq kif jużaw kompjuter. Applikanti li ma jippreżentawx ċertifikazzjoni ta’ studju preċedenti fis-suġġett jintalbu jagħmlu test ta’ livell biex jiġi determinat il-livell xieraq tal-kors.”
Tul
30 Ġimgħa, b’lezzjoni ta’ 3 siegħat fil-ġimgħa
Il-miri ta’ taghlim miksuba wara t-tlestija ta’ dan il-kors:
“Għarfien:
Jifhmu l-grammatika, l-ortografija u l-istruttura tas-sentenzi.
• Jiżviluppaw vokabularju wiesa’ għall-użu ta’ kuljum u akkademiku. Jifhmu tipi differenti ta’ testi.
• Jiżviluppaw għarfien tal-letteratura Maltija inkluż proża, poeżija u drama.
• Jifhmu kif il-lingwa tinbidel skont l-iskop, l-udjenza u l-kuntest. Jiżviluppaw għarfien tal-kultura Maltija.
Ħiliet:
• Jisimgħu u jifhmu Malti mitkellem. Jitkellmu b’mod ċar u effettiv. Jaqraw u jinterpretaw testi.
• Jiktbu testi strutturati. Janalizzaw testi.
• Jużaw grammatika korretta.
Kompetenza:
• Jikkomunikaw b’mod effettiv u kunfidenti.
• Japplikaw il-ħiliet b’indipendenza.
• Juru ħsieb kritiku. Jadattaw il-lingwa.
• Jinvolvu ruħhom fil-kultura Maltija. Juru awtonomija fl-użu tal-lingwa.
“
Metodu ta’ Twettiq
Lezzjonijiet wiċċ imb wiċċ
Ċertifikazzjoni/Premju
Ċertifikat maħruġ mill-MATSEC
Progres għall-edukazzjoni
Wara li jlestu dan il-kors b’suċċess, l-istudenti jistgħu jkomplu jistudjaw il-Malti fil-livell Intermedju u Avvanzat
Lingwa ta’ istruzzjoni
Malti
Nota Addizzjonali
Dan huwa kors ta’ reviżjoni għal studenti li qed jagħmlu l-eżami MATSEC SEC. L-edukatur mhux meħtieġ li jiskopri s-sillabu kollu
Eżami
Irreġistra permezz tal-websajt MATSEC