Servizz ta’ Gwida u Appoġġ

Gwida u Appoġġ

Home / Korsijiet / Servizz ta’ Gwida u Appoġġ

Appoġġ strutturat huwa kruċjali għal esperjenza pożittiva ta’ tagħlim, kemm għall-istudenti adulti kif ukoll għall-edukaturi tagħhom. Peress li d-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Impjegabilità jagħraf din il-ħtieġa, waqqaf tim ta’ professjonisti apposta, li kapaċi jiggwidaw lill-istudenti u lill-għalliema matul il-vjaġġ kollu tat-tagħlim. L-appoġġ huwa vast: minn pariri lil studenti potenzjali li huma interessati sabiex jirreġistraw għal programm offrut mid-Direttorat, għal rakkomandazzjoni ta’ diversi tipi ta’ korsijiet provduti minn entitajiet differenti, skont l-aspirazzjonijiet u l-għanijiet tal-individwi.

It-tim ta’ gwida profiċjenti hu mgħammar biex jgħin lill-istudenti jagħmlu deċiżjonijiet infurmati tul il-vjaġġ edukattiv tagħhom. Dan jinkludi l-ħolqien ta’ pjanijiet individwalizzati u l-iżgurar li l-istudenti jiksbu l-miri stabbiliti, permezz ta’ sessjonijiet li jsegwu l-progress tagħhom. Dan jippermetti lill-istudenti jifhmu l-korsijiet li hemm disponibbli, flimkien mal-livelli u l-prerekwiżiti tagħhom. Jippermettilhom ukoll jesploraw skemi relatati mal-programmi ta’ tagħlim, u jikkunsidraw opportunitajiet flimkien mat-tim ta’ gwida.

IIt-tim ta’ gwida huwa responsabbli wkoll minn attivitajiet li huma ntiżi biex jilħqu lil studenti potenzjali fil-komunità jew fl-ambitu tagħhom. Bħalissa dan it-tim qed jibni sistema ma’ bosta entitajiet oħra,bil-għan li jilħaq kemm jista’ jkun nies. Il-gwidi professjonali jistgħu jintlaħqu permezz tad-Direttorat u l-laqgħat jistgħu jiġu stabbiliti b’mod virtwali jew wiċċ imb’wiċċ f’wieħed miċ-Ċentri tat-Tagħlim tal-Adulti f’Malta jew Għawdex imniżżlin hawn taħt, skont il-preferenza tal-istudenti. Biex tikkuntattja lit-tim ta’ gwida tagħna, Agħfas hawn biex taċċessa l-contact form.

Lista taċ-ċentri kollha għat-Tagħlim Tul il-Ħajja:

Informazzjoni f’Diversi Lingwi

Hemm studenti li jeħtieġu informazzjoni dwar it-tagħlim tul il-ħajja f’lingwi oħra minbarra l-Malti u l-Ingliż. Għal din ir-raġuni, u bħala parti mill-proġett EU Agenda for Adult Learning in Malta, it-tim ta’ gwida ikkollabora ma’ professjonisti li jaħdmu fil-qrib mal-komunità fi ħdan it-Taqsima ta’ Tagħlim għall-Migranti u ħolqot informazzjoni dwar it-tagħlim tul il-ħajja f’diversi lingwi. Din l-informazzjoni dwar id-Direttorat u s-servizzi tiegħu tista’ tiġi aċċessata hawn.

English

Attachment size: 128 KB

Malti

Attachment size: 128 KB

Français

Attachment size: 128 KB

Af-Soomaali

Attachment size: 130 KB

Limba Română

Attachment size: 128 KB

Tagalog

Attachment size: 128 KB

Türkçe

Attachment size: 128 KB

български

Attachment size: 128 KB

русский

Attachment size: 131 KB

српски

Attachment size: 128 KB

اُردُو

Attachment size: 128 KB

اَلْعَرَبِيَّةُ

Attachment size: 128 KB

नेपाली

Attachment size: 128 KB

বাংলা

Attachment size: 128 KB

ትግርኛ

Attachment size: 128 KB

Life Long Learning
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.